
10 Apr WOW Experience għan-Nurseries
Bis-saħħa tal-ġemellaġġ li l-Youth FA għandha mal-Millennium Chapel/Wow in-Nurseries kollha huma mistiedna biex jieħdu t-tfal tagħhom u jqattgħu sagħtejn f’tahriġ fil-valuri tal-ħajja u tal-isports. Il-ġlieda kontra d-droga u x-xorb żejjed u kmieni li qed jattakka ħafna mit-tfal tagħna għandna bżonn niqfulu billi nwissu u niftħu għajnejn it-tfal u nedukawhom aktar fir-responsabbilta’ . Niftakru li qabel ma nħarrġu t-tfal biex isiru players l-ewwel irridu nagħmluhom bnedmin b’saħħithom fir-ruħ u l-qalb tagħħom.
Għalhekk dawk kollha li jixtiequ jieħdu t-tfal tan-Nursery tagħhom wara li jispiċċa l-istaġun, jistgħu icemplu lil Doreen – 21 354464 / 21 381172 jew jibaghtu email fuq info@millenniumchapel.org jew hiltag@gmail.com .
Iktar dettalji tal-programm hawnhekk:
[embeddoc url=”https://theyouthfa.org.mt/wp-content/uploads/2017/04/NURSERIES-WOW-XP.docx” viewer=”microsoft”]
Sorry, the comment form is closed at this time.