U11 Event – Zejtun – 18.03.2018

12 Mar U11 Event – Zejtun – 18.03.2018

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu jingħata l-bidu ufficjalment tal-ewwel minn ħames U11 events ta’ dan l-istaġun. Il-ħames klabbs li din is-sena se jkunu qed jospitaw lin-nurseries parteċipanti huma iż-Żejtun, Ħaż-Żebbuġ, l-iMġarr, Marsaxlokk u ż-Żurrieq. Programm interessanti ta’ attivitajiet qed jiġi mħejji għan-nurseries biex jikkumplimentaw il-logħob organiżżat tal-futbol. Il-laqgħat ta’ preparamenti u informazzjoni diġa bdew isiru biex jiġi żgurat li għal darba oħra dawn l-events ikunu ta’ suċċess u jipprovdu spazju fejn it-tfal kollha li jieħdu sehem jieħdu pjaċir ilkoll flimkien f’ambjent san u edukattiv.

Il-klabb taż-Żejtun Corinthians, bil-kollaborazzjoni tal-Youth FA, MFA u McDonalds se jkun l-ewwel ospitant ta’ dis-sena nhar il-Ħadd li ġej fil-grawnd fiż-Żejtun stess bejn it-8am u s-2pm, bil-parteċipazzjoni tan-nurseries ta’ Għaxaq, Mġarr, Siġġiewi, Pieta’, Mosta, Birkirkara u Floriana. It-tema li se tiġi użata matul is-siegħat kollha tal-attivita se tkun ibbażata fuq l-elementi ta’ pjacir, saħħa fiżika u ħbiberija li kull parteċipant jista jikseb permess tal-logħba tal-futbol. B’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, it-tfal se jkunu anke qed jittieħdu fuq train rides madwar il-lokalita, jipparteċipaw f’taħriġ tal-arti marzjali u logħob ieħor, u se joħolqu kollha flimkien banner kbir favur l-għaqda permezz tal-futbol. Kull tifel u tifla se jkunu qed jingħataw ukoll pakkett b’ikel u xorb addattat li jikkonsisti minn ċerejali, frott u ilma.

English Version

Sunday 18th March kicks off the Youth Football Association – Under 11 Events for Season 2017/2018. This year, 5 clubs namely Zejtun, Zebbug, Mgarr, Marsaxlokk and Zurrieq will be hosting the participating nurseries for this annual event and all are in preparation of an interesting programme of activities complimenting the 8v8 football matches. Meetings between the hosts and the nurseries have been ongoing during these last weeks to ensure that these events will be once again successful and provide fun through football combined with a learning experience for all participating players. 

 

Zejtun Corinthians, in collaboration with the Youth FA, MFA u McDonalds will be the first hosts for this event on 18th March between 8am to 2pm with the participation of Zejtun, Ghaxaq, Mgarr, Siggiewi, Pieta, Mosta, Birkirkara and Floriana nurseries. The theme for the event will be based on the math of football : ‘Fun+Fitness+Friends’. In preparation for this, the Nursery is also collaborating with Zejtun Local Council to commemorate Jum iz-Zejtun. The young players will be taken for train rides around the locality’s cultural sites, they will also be participating in various fun games including martial arts and hands-on together they will be creating a large banner marking new friendships through football. Each player will also be given a healthy lifestyle pack consisting of cereal bars, fruit and water.

No Comments

Post A Comment