Talbiet għal-bdil ta’ fixtures fit-2 u t-3 ta’ Jannar

Talbiet għal-bdil ta’ fixtures fit-2 u t-3 ta’ Jannar

Lin-nurseries ikkoncernati:

Sur Segretarju,

Nixtieq ninfurmak li l-Fixtures Board tal-Youth F.A. qed jinforma, li l-fixtures tal-weekend 2 u 3 ta’ Jannar 2016, għandhom jibgħqu ‘fixtures to stand’, hekk kif maħruġa fuq il-fixture oriġinali, u għaldaqstant kulħadd għandu jimxi fuq il-fixtures mibgħuta.

Ebda’ talba mhi ser tkun ikkunsidrata, jekk mhux biss għal dawk in-nurseries li għażlu fil-bidu ta’ dan l-istaġun dawn il-ġranet partikulari, bħala ġranet li fihom ma jistgħux jilgħabu.

Grazzi

Inseli għalik,

Joe Micallef

Segretarju Generali YFA

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.