
20 May Stedina u Offerta: Italja vs Skozja – Logħba Internazzjonali ta’ ħbiberija (29.05.2016)
Sur Segretarju
L-organizzaturi tal-loghba li tidher hawn fuq qed jistiednu lin-nursery tieghek biex tattendi ghal-loghba Internazzjonali ta’ hbiberija bejn l-Italja vs Skozja, nhar il-Hadd 29 ta’ Mejju 2016 fid 8.45pm, gewwa l-grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Ser tintuza l-istess sistema bhal loghob internazzjonali iehor, fejn in-nursery tieghek tista’ tippartecipa b’25 plejer u zewg dirigenti libsin il-kit ufficjali tan-nursery. Dhul riservat ghan-nurseries fil-Millennium Stand Settur F.Huwa mportanti li permezz ta’ email (mhux aktar tard minn nhar l-Erbgha 25 ta’ Mejju) tavza bl-attendenza tan-nursery tieghek u l-ammont ta’ plejers u dirigenti li ser jattendu.
Ghal din l-okkazjoni il-plejers fin-nurseries jistghu jibbenefikaw minn offerta specjali, fejn jistghu jkunu akkumpanjati minn genitur jew genituri fejn il-prezz tad-dhul qed ikun ridot b’50%. (prezz ta’ €25.00 ghal kull adult minnflok €50.00) L-allokkazzjoni tal-adulti tkun ukoll fil-Millennium Stand Settur F, fl-istess zona tan-nurseries. Dan qiegħed isir sabiex il-genituri tat-tfal fin-nurseries ikunu incentivati grazzi ghal proposta li saret lill-organizzaturi tal-avveniment, liema talba giet milqugha.
Dawk li ser jibbenefikaw minn din l-offerta huma mitluba biex javzaw bil-miktub sa nhar l-Erbgha 25ta’ Mejju filghaxija bin numru ta’ biljetti mehtiega minn din l-offerta. In-nurseries jistghu jigbru dawn il-biljetti mill-kwartieri tal-MFA, bejn nhar il-Hamis u l-Gimgha waqt il hinijiet tal-ftuh (09:00am – 05:00pm). Il-hlas tal-biljetti jsir mal-gbir.
F’kaz ta’ diffikulta wiehed jista’ jikkuntattjana ghal aktar informazzjoni.
Grazzi bil quddiem.
Inselli ghalikom,
Joe Micallef
Segretarju Generali YFA
No Comments