Stedina – Amalgamazzjoni bejn timijiet, hija possibbli ?

06 May Stedina – Amalgamazzjoni bejn timijiet, hija possibbli ?

Sur Segretarju,

Ninsabu fl-aħħar ġranet ta’ dan l-istaġun,  u ħafna jkunu dawk in-nurseries li jibdew jaħsbu u jippjanaw għall-istaġun il-ġdid. Il-preparamenti huma mportanti, għaliex jirriflettu s-serjeta’ tan- nursery.

Il-Youth F.A. qed tgħati ċ-ċans lin-nursery tiegħek tisma esperjenza ta’ amalgamazzjoni  tat- tim  15 fil-Kampjonat Youth F.A. bejn in-nurseries ta’ Birkirkara u Dingli Swallows.

Dak li sa ftit taż-żmien ilu ħafna kienu jgħidu li ma jistax iseħħ, illum l-affarijiet jidhru differenti, kull ma trid determinazzjoni, direzzjoni u fiduċja………….. għaldqstant din is-sejħa hija wkoll għan-nursery tiegħek, biex tiġi tisma’ u tiddiskuti ma dawk li għaddew minn din l-esperjenza.

Dan il-proġett huwa parti minn GROWTH & RETENTION 2020.  Huwa dover tiegħek li flimkien naraw, li ma jintilfux plejers u għaldaqstant proġett bħal dan, jista’ jkompli jgħin biex flimkien nibdlu l-affarijiet.

Nhar il-Ħamis, is-26 ta’ Mejju 2016, mhux int biss bħala amministratur jeħtieġ li tiġi, iżda stieden wkoll  biex miegħek jiġu wkoll lis-staff tekniku tan-nursery u amministraturi mill-‘parent club’.

Grazzi.

 

Joe Micallef

Segretarju Ġenerali

No Comments

Post A Comment