Somma sabiħa miġbura b’risq l-iStrina

26 Dec Somma sabiħa miġbura b’risq l-iStrina

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru, 33 nursery ipparteċipaw fl-attività tal-football bħala parti mill-attivitajiet “Solidarjetà bl-iSports” b’risq l-iStrina.  Aktar minn 1,500 tifel u tifla iddedikaw nofs ta’ nhar speċjali fejn apparti li lagħbu l-logħba sabiħa u għal qalbhom, il-football, huma taw ukoll il-kontribut tagħhom permezz ta’ donazzjoni għal din il-kawża ġusta.

Grazzi għall-parteċipazzjoni u l-impenn ta’ dawn it-tfal u n-nurseries, bi pjaċir inħabbru li s-somma miġbura hija dik ta’ €5,670.10.  Din is-somma ġiet preżentata bħala parti mis-somma globali tal-attivitajiet “Solidarjetà bl-iSports” waqt l-iStrina.

GRAZZI mill-Qalb ta’ dan il-ġest ferm sabih….Ġest li jgħaqqad ma’ frażi tal-plejer ta’ fama internazzjonali Cristiano Ronaldo, “If we can’t help our family, who are we going to help?

 

No Comments

Post A Comment