
05 Jan RIP – Alfred Zahra (Pieta)
Il-Youth Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Alfred Zahra, Segretarju ta’ Pieta . Is-Sur Zahra kien ilu għal snin twal jagħti kontribut lill-futbol Malti, f’diversi karigi, speċjalment fin-nursery ta’ Pieta. Il-YFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Zahra f’dan il-mument diffiċli.
Il-funeral se jsir nhar is-Sibt, 7 ta’ Jannar, fid-9.30am fil-Knisja tal-Madonna ta’ Fatima fil-Pieta.
No Comments