
08 Jul QUDDIESA FIL-MILLENIUM CHAPEL F’GĦELUQ L-EWWEL XAHAR MILL-MEWT TA’ MARIO De BATTISTA
Nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju, 2015 saret Quddiesa Kkonċelebrata fil-Millenium Chapel ġewwa Paceville, minn Fr. Hilary Tagliaferro u Fr. Joe Abela f’għeluq l-ewwel xahar mill-mewt ta’ Mario De Battista, membru fil-Kunsill tal-Youth FA.
Fr. Hilary saħaq li għandna nżommu l-memorja ta’ Mario ħajja billi nibqaw nagħmlu l-affarijiet li tant kien iħobb filwaqt li Fr. Joe Abela faħħar id-dedikazzjoni tiegħu fl-amministrazzjoni tal-football u saħaq li għandna nżommu dan bħala eżempju għalina lkoll involuti fid-dinja tal-ballun.
Sorry, the comment form is closed at this time.