
31 Mar Nimmissja l-futbol – Messagg ta’ kuragg minn Fr. Hilary
Meta kont tifel jien bil-bombi niżlin fuq rasna l-akbar qatla tiegħi kienet li rrid ninżel fix-xelter u nieqaf nilgħab il-ballun fit-triq! Il-ballun kien taċ-ċarruta li konna nixtruh sold – (żgur inqas minn 50c.) minn għand il -Landiera !! Din kienet ħajjata prima imma iċ-ċraret tal-ħwejjeġ li kienet tħit, ma kinitx tarmihom imma tagħmel dawn il-blalen għalina u taqla xi haġa extra. Kien żmien ikraħ għalina u fit- tul ukoll, imma għal grazzja t’Alla għaddejnih u meta għaddiet il- gwerra 1940-44 stajna bil-mod il-mod niġu lura għan-normal.
F’dawn il-ġranet koroh li għaddejjin minnhom, kollox maghluq u aħna magħhom ġewwa ma stajtx ma niftakarx f’dawk iż-żmienijiet! U ma kelnix mobile, la Tv l-anqas internet!!!! Il qaghda kienet agħar millum!! Imma għaddejna minnha ukoll!
Qed niktbilkom biex tagħmlu kuraġġ ! Jien daqskom qed nimmissja l-futbol fuq it-TV. Intom għalissa ma tistgħux tilagħbu l-anqas imma qisu li jkollkom ballun id-dar u anki fi spazju zgħir tista’ tħabbat il-ballun mal- ħajt u tikkontrolla. Tkissru xejn!! Tieqfux tilagħbu bil-ballun u fittxu anki spazju żgħir kif tista’ tipprattika il-kontroll tal-ballun waħdek. Hallik milll-Playstation!
Nappella lil kowcis u amministraturi tan-Nurseries tagħna biex jibqgħu f’kuntatt mal-players tagħhom permezz ta’ Facebook jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni. Li jagħmlu kuraġġ lit-tfal li aħjar inbagħtu ftit issa u ngawdu l-baħar fis-Sajf li ġej u bidu ta’ staġun ġdid.
Kunu imberkin u itolbu ħafna ħalli id-dinja kollħa teħles minn dan il-virus qerriedi.
Fr. Hilary
Sorry, the comment form is closed at this time.