
22 Dec Laqgħa importanti għan-nurseries nhar it-Tlieta 27.12.2016
Sur Segretarju,
Nixtieq ninfurmak li nhar it-Tlieta 27 ta’ Dicembru 2016, fis 6.00pm ser tinzam laqgha ferm importanti gewwa s-Centenary Hall dwar struzzjonijieti godda lill- amministraturi u stewards ghal waqt il-loghob tal-Youth FA. F’din il laqgha ser jinghataw wkoll bibs godda ghall uzu ta’ l-istewards li ser jidhlu fis-sehh mil bidu ta’ Jannar 2017. Importanti li n-nursery tieghek tkun rapprezentata ghal din il-laqgha.
In nursery tieghek hija fid dover li tkun minn ta’ quddiem biex insahhu s-sigurta’ u responsabilita’ li ghandha kull nursery waqt il-loghob tal-Youth FA. Dawk in-nurseries li jonqsu li jattendu ser jigu multati Euro 25.00 ghal dan in nuqqas.
Grazzi bil-quddiem u nselli ghalik hafna, filwaqt li mill-gdid niehu din l-okkazjoni biex f’isem il-President u l-Kunsill tal-Youth FA, nawgura lin-nursery tieghek l-isbah xewqat ghal dawn il-festi.
Inselli ghalik,

![]() |
Joe Micallef General Secretary |
T: +356 21237080 E: joe.micallef@theyouthfa.org.mt A: Youth Football Association c/o Centenary Stadium, Ta Qali ATD4000, Malta |
No Comments