
03 Aug Kondoljanzi – Godfrey Pecorella
Tħabbret il-mewt tas-Sur Godfrey Pecorella fl-eta’ ta’ 76 sena, eks-Viċi President tal-Youth FA.
Is-Sur Pecorella okkupa l-kariga ta’ Teżorier u Viċi President tal-Youth FA għal diversi snin. Kien Membru tal-Kunsill tal-MFA f’isem il-YFA kif ukoll kien membru f’diversi bordijiet oħra tal-MFA matul is-snin. Ħadem ukoll qrib id-Dipartiment Internazzjonali tal-MFA ma’ timijiet barranin li żaru pajjiżna.
Fl-Annual Presentation Night għall-Staġun 2016-2017 Godfrey Pecorella ngħata l-YFA Merit Award għas-servizz tiegħu lejn il-YFA.
Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 6 t’Awwissu fit-8.30am fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.
Il-President u l-Kunsill tal-YFA jwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.
Strieħ fis-Sliem.
REGINALD
Posted at 12:09h, 03 AugustRIP Gedffrey