Jitqassmu l-UEFA Solidarity Funds lin-Nurseries

30 Jan Jitqassmu l-UEFA Solidarity Funds lin-Nurseries

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-YFA organizzat l-Annual Drinks tagħha li għaliha attendew Uffiċjali għolja flimkien mad-Direttur Tekniku tal-MFA, sponsors ewlenin fosthom APS Bank, Liquigas Malta u Sports Experience, kif ukoll rappreżentanti min-nurseries.

Waqt l-indirizz tiegħu, Fr Hilary saħaq dwar l-importanza li n-nurseries ikollhom amministrazzjoni b’saħħitha li eventwalment għandha twassal għall-iżvilupp aħjar taż-żgħażagħ li jagħżlu li jilagħbu l-football fin-nurseries tagħna. Semma wkoll li fil-gimgħat li ġejjin il-YFA ser taħdem mal-MFA u ċ-Ċentru Tekniku sabiex isir tibdil fis-sistemi tal-liċenzjar tan-nurseries. Hu qal ukoll li kif kienet wegħdet il-YFA, ser issir laqgħa man-nurseries sabiex jiġi diskuss l-andament tal-kampjonat li jinsab fit-tieni sena tiegħu.

Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, ta ħarsa lejn l-iffinanzjar tal-klabbs matul dawn l-aħħar snin. Meta wieħed jara l-ammonti minfuqa, l-Presidenti sostna li l-klabbs għandhom jgħinu u jinvestu aktar fin-nurseries tagħhom.

Matul din is-serata s-Sur Steve Muscat, Chief Financial Officer f’isem Liquigas Malta u Fr Hilary Tagliaferro ffirmaw kuntratt ġdid ta’ tlett snin fejn Liquigas se jipprovdu medical oxygen cylinders fil-grawnds fejn jintlagħbu l-kampjonati tal-YFA sabiex dawn ikunu attrezzati f’każ ta’ xi emerġenza. Is-Sur Steve Muscat stqarr li Liquigas tħoss li għandha tagħti s-sapport tagħha lill-football taż-żgħażagħ u għalhekk għażlet li ġġedded il-ftehim tagħha mal-YFA għall-benefiċċju tan-nurseries in-ġenerali u l-grawnds li jospitawna.

Fl-aħħar ta’ din l-attivita, l-MFA żammet il-wegħda tagħha u l-President Norman Darmanin Demajo ppreżenta ċekkijiet lin-nurseries li jkopru l-UEFA Solidarity Funds u xi arretrati oħra li kienu dovuti lin-nurseries minn xi snin li għaddew.

D7D_2828       D7D_2788

D7D_2799

No Comments

Post A Comment