JITQASSMU L-UEFA SOLIDARITY FUNDS LIN-NURSERIES

JITQASSMU L-UEFA SOLIDARITY FUNDS LIN-NURSERIES

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-YFA organizzat l-Annual Drinks tagħha li għaliha attendew Uffiċjali għolja mil-MFA, l-isponsors ewlenin fosthom APS Bank u Liquigas Malta, kif ukoll rappreżentanti min-nurseries.

Waqt l-indirizz tiegħu, Fr Hilary saħaq dwar l-importanza li n-nurseries ikollhom amministrazzjoni b’saħħitha li eventwalment għandha twassal għall-iżvilupp aħjar taż-żgħażagħ li jagħżlu li jilagħbu l-football fin-nurseries tagħna.

Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, faħħar ix-xogħol siewi li tagħmel il-Youth FA, kemm fil-kamp sportiv, kif wkoll f’dak edukattiv u soċjali, speċjalment Fr. Hilary, li ddedika ħajtu kollha għal-football. Il- President tal-MFA fakkar li dawn il-fondi huma parti mill-UEFA Solidariety Funds, li jiġu mill-profitti tac-Champions League. Huwa ħabbar li dawn il-fondi reġaw żdiedu mill-istaġun li għadda, bħal-kull sena, bi ftehim mal-UEFA, dawn jitqassmu mal-youth football nurseries membri tal-YFA u GFA kollha.

Fl-aħħar ta’ din l-attivita ġie preżentat cheque lil kull nursery skond il-grad tal-liċenzja tagħhom.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.