Format tal-Kampjonati (U15 & U17) – Staġun 2016 – 2017

Format tal-Kampjonati (U15 & U17) – Staġun 2016 – 2017

Sur Segretarju,

Qed nipprezentaw il-format tal-Kampjonat staġun 2016/2017, li huwa kontinwazzjoni ta’ dak preżenti, b’xi tibdil fejn inħass li kien meħtieġ.

Wara li studjajna u  kkonsidrajna d-diversi kummenti u suġġerimenti ta’ dan l-aħħar staġun, u  wara talba mill-Assocjazzjoni, kif kien ġie mwiegħed waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena l-ohra,  kien hemm numru ta’ nurseries li ressqu l- proposti tagħhom,  biex flimkien mad-direzzjoni taċ-Ċentru Tekniku ta’ l-MFA,  wasalna biex noqorbu aktar lejn il-format mixtieq, li għandu jagħmel il-kampjonat aktar interessanti u kumbattut.

Il-prinċipji li l-aħjar jilgħab ma l-ahjar, kif ukoll li jkun hemm aktar kompetizzjoni b’saħħita fis-sezzjonijiet kollha, speċjalment f’dawk is-sezzjonijiet ta’ fuq, inżammu kollha,  u dan għax nemmnu f’dak li tlaqna biħ fl-istaġun 2014/2015.

Il-pożizzjoni finali tal-klassifiċi ta’ l-istagun 2015/2016, jiġu ntegrati fil-format inizzjali ta’ l-istaġun li ġej, 2016/2017. (ara prezentazzjoni annessa iktar l-isfel)

Infakkar fi kliem il-President ta’ l-Assocjazzjoni, Fr. Hilary, li kemm il-darba tkellem fuq il-bdil fil-format tal-kampjonati, fejn dejjem semma li jkun diffiċli li jinstab format magiku tal-kampjonat, jew li mhux ser ikun hemm min jaqbel ma kollox. Għamilna diversi avvanzi matul dan l-istaġun, kemm fil-fixtures, il-perjodu tal-kampjonat u kalendarju fit-tul, flimkien ma punti oħra mportanti fit-tmexxija tal-kampjonati tagħna, u dan kollu biex inkomplu nassiguraw li flimkien magħkom, inwasslu l-aħjar lill-plejers u l-futbol Malti. Ma nistax ma nsemmiex lil kollega Alex Pace, li dejjem kien alert x’ridna nagħmlu u fejn irridu naslu, dan flimkien mal-Kunsill kollhu tal-Youth F.A.

Għalkemm ser nispiċċaw il-kampjonati tagħna iktar kmieni minn staġuni preċidenti, huwa tajjeb li dan iż-żmien nuzawh biex nibdew nibnu u nippreparaw tim ġdid għal-istaġun li ġej, kif ukoll jiġi ffurmat il-kowċing staff, biex meta jiftaħ l-istaġun 2016/2017, inkunu ppreparati għall-isfidi ġodda li jġib miegħu kampjonat ġdid.

Inselli għalikom,

Joe Micallef

Segretarju Ġenerali YFA

[embeddoc url=”https://theyouthfa.org.mt/wp-content/uploads/2016/03/League-Format-2016-2017-as-approved-by-YFA-Council-29.02.2016-Final-version.pptx” viewer=”microsoft”]

No Comments

Post A Comment