YFA Cirkulari Nru 10 Stagun 2018/2019 – Events U11 Season 2018-2019

04 Jan YFA Cirkulari Nru 10 Stagun 2018/2019 – Events U11 Season 2018-2019

YFA Cirkulari Nru 10 Stagun 2018/2019                                                            3 ta’ Jannar  2019

EVENTS U11 – 2018/2019

Sur Segretarju,

Huwa Il-hsieb taghna li ghal stagun iehor l-Events U11, jinzammu fuq il mudell tas-sena l-ohra b’xi tibdil zghir fejn hu mehtieg.  L-events ser jinzammu l-Hdud bejn id-9.00 am. sal 3.00 pm. U jitqassmu f’zoni, Ghal  dan l-istagun hemm il-hsieb li nibdew l-ewwel event lejn l-ahhar ta’ Jannar bidu ta’ Frar, b’events ohra kull xahar sa l-ahhar ta’ Mejju.

X’ser jikkonsistu dawn l-events

Kull event jippartecipaw fih bejn 8 u 10 nurseries, inkluz il-host nursery.  Mill gdid qed jigu mhegga li jigu nvoluti l-Kunsilli Lokali f’dawn l-events, kif ukoll ikun hemm slots ghal ghal familja. In-nurseries partecipanti ghandhom iheggu lill genituri tat- tfal, biex jattendu ghal dawn l-events, fejn filwaqt li jsegwu lit-tfal taghhom waqt il-loghob, jistghu jibbenefikaw ukoll minn attivitajiet li jkunu ghaddejin. Is-success ta’ dawn l-events ser ikun jiddependi mill hegga u l-entuzjazmu ta’ kull nursery. Il-programm ser jithalla f’idejn l-organizaturi (host nursery flimkien man-nurseries partecipanti) taht il-harsien tal-Youth FA.  Bhala parti mill programm tal Growth u Retention 2020 in nursery organizzaturi huma mhegga li jghatu wkoll cans lill dawk it-tfal prezenti li ma jkunux qed jilghabu ma xi nursery biex jorganizzawlhom xi loghoba ghalihom filwaqt li jhajurhom jassocjaw ma xi nursery.  

Minn jista’ jippartecipa?

Dawk in-nursereies li fil bidu ta’ l-istagun kienu kitbu li ser jikkompetu huma kollha elegibbli. Ma din ic-cirkulari ghandek issib lista bit-tims.  Jekk in-nursery tieghek tidher li mhux ser tiehu sehem jew fil kuntrarju ta dak li hemm fil-lista, inti gentilment mitlub sabiex mhux aktar tard minn nhar it  11 ta’ Jannar 2019, tinforma bil miktub it-tibdil minn nursery tieghek. Kull korrispondenza tintbghat biss fuq dan l-email biex tkun ikkunsidrata.

Minn jista’ jkun host ta’ dawn l-events?

Dawk in-nurseries li ghandhom ground li fih jinzammu zewg loghbiet fl-istess hin fi spazju ta’ madwar 45mx60m kull pitch, zewg pari lasti  b’mizura ta’ 5mx2m, kif ukoll hemm persuni li ghandhom inizjattiva li jorganizzaw.

Wara d-data ta’ l-elghuq  Il-Board ta’ l-ghazla, jirrakomanda dawk il-grounds li jilhqu l-kriterji mehtiega biex jinzammu dawn l-events fihom. Id-data ta’ l-gheluq biex nursery izomm event hija, sa mhux aktar tard mil-11 ta’ Jannar 2019. F’ittra separata n-nursery tiddikjara li tilhaq dawk il-livelli mitluba, filwaqt li lesta li torganizza l-event taht il-gwida tal-Youth FA.

Hlas

Bhala incentiv lil dawk in-nurseries li jorganizzaw dawn l-events, u li ghal dan l-istagun ser ikunu hames  events, kull nursery host ser tinghata s-somma ta’ Euro 400 biex jaghmlu tajjeb ghall-ispejjez necessarji u mehtiega bhal paramedics, amplification etc.,. Il-Hlas ikopri ghall programm kollu, li jkun irid jigi diskuss u approvat mal-Youth FA.

Joe Micallef

Segretarju Generali YFA.

No Comments

Post A Comment