
25 May Direttivi għal-logħba ta’ ħbiberija: Italja vs Skozja
Sur Segretarju,
Bħala preparazzjoni għal-logħba ta’ ħbiberija bejn l-Italja u Skozja, nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016, fit-8.45pm ġewwa l-Grawnd Nazzjonali Ta’ Qali, nitolbok tinnota dawn il-punti mportanti.
(a) Dħul tan-nurseries Millenium F. (Segwi l-Gate prinċipali minn fejn ser jidħlu n-nurseries biss), ippreżenta l-grupp tiegħek ta’ mhux aktar minn 25 plejer u żewġ diriġenti, mportanti li dawn ikunu liebsa l-kit tan-nursery.
(b) Il-ġenituri ma jistgħux jidħlu mill-Gate mat-tfal.
(c) Biex ma jkunx hemm konfuzzjoni fl-aħħar ħinijiet, il-Grawnd ser jiftaħ fis-7.00pm u għaldaqstant importanti li wieħed jaħseb qabel.
(d) Il-biljetti tal-ġenituri jinġabru kollha nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016, mill-front office ta’ l-MFA bejn id-9.00am u l-5.00pm. Ħlas mal-biljetti.
Nirringrazzjak,
Joe Micallef
Segretarju Generali YFA
No Comments