
01 Oct Dhul complimentary ghall membri tal-kumitat tan-nurseries fil-grawnds fejn jinzamm loghob tal-Youth F.A.
Lis-Segretarji tan-nurseries.
Dhul complimentary ghall membri tal-kumitat tan-nurseries fil-grawnds fejn jinzamm loghob tal-Youth F.A. bi hlas ghad-dhul (Referenza Cirkulari Nru 12/2017/2018 data 30.10.2017).
Il-Youth F.A. qed tfakkar dwar policy li nzammet matul l-istagun 2017/2018, dwar dhul complimentary ghall membri tal-kumitat tan-nurseries, fejn qed jigu applikati l-istess proceduri matul dan l-istagun, bl-istess cards ta’ l-istagun l-iehor (2017/2018).
Kull nursery ghanda hames (5) complimentary tickets li jistghu jghamlu uzu minnhom il-membri tal-kumitat tan-nursery, kif ukoll complimentary card (1) ohra ghall persuna li tkun qed taqdi d-dmir ta’ steward f’isem in-nursery.
Tajjeb infakkru li dawk li jidhlu b’dawn il cards, hija responsabbli ghalihom in-nursery. Importanti li tassiguraw li dawn il-cards jingabru lura wara kull loghba. Min ghal xi raguni jew ohra jitlef din il-card, ikun dovut li jhallas Euro20.00 ghal kull card gdida li tinhareg.
Nirringrazzjak bil-quddiem tal-koperazzjoni u nselli ghalik.
![]() |
Joe Micallef General Secretary |
T: +356 21237080 M: +356 99471496 E: joe.micallef@theyouthfa.org.mt A: Youth Football Association c/o Centenary Stadium, Ta Qali ATD4000, Malta |
No Comments