
02 Apr Come Together Football Festival minn Sliema W Football Nursery
Nhar il-Ħadd li ġej fil-grawnd tas-Sliema W, f’Tigne in-nursery ta’ Sliema W ser torganizza għall-ewwel darba ‘Come Together Football Festival’, bil-fondi kollha jmorru għall-Fondazzjoni Inspire.
Dettalji dwar dan il-festival ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mit-Technical Director ta’ Sliema Wanderers FC Stephen Azzopardi. Huwa spjega kif Sliema W laqgħu t-talba tal-Fondazzjoni Inspire biex ikun organizzat dan il-festival. Huwa qal li b’dan il-festival, Sliema W ser tkun qed taqdi l-obbligu soċjali li għandha li tgħin organizzazzjonijiet bħal dawn pero l-aspirazzjoni tan-nursery tmur oltre’ minn dan il-obligu għaliex in-nursery temmen li attivitajiet bħal dawn ikomplu jgħinu fit-trobbija ħollistika tat-tfal.
F’dan il-festival ser jieħdu sehem il’fuq minn 300 tifel u tifla li jiffurmaw 28 tim minn 11-il nursery differenti, iġifieri Sliema W, Floriana, Paola Hibs, Swieqi, Melita, Hamrun S, Żejtun C, Tarxien R, Marsaxlokk, Qormi, Zebbuġ R. Il-festival ser ikun miftuħ għal tfal ta’ taħt is-7 u 8 snin.
Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li qal li l-isport qiegħed għal darb’oħra ikun strument li bih nuru solidarjeta’. Huwa kompla jgħid li inizzjattivi bħal dawn jkomplu jgħinu lit-tfal jikbru aktar b’saħħithom, jibnu l-karattru u jkunu solidari mal-proxxmu.
Giovanna Mirabile Bartolo, li hija l-Fundraising Events Manager tal-fondazzjoni Inspire, irringrazzjat lill-isponsors li huma TeamSport u Kristal Water (GSD). Hija irringrazzjat wkoll lid-dipartiment tal-Grassroots tal-MFA li qiegħed jagħti s-sostenn tiegħu lil din l-attivita’.
Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet, Wayne Attard, f’isem TeamSport.
551 Comments