
25 Jan Ċirkulari Nru 16/2015-2016 – Under 11 Events
Ċirkulari Nru 16/2015-2016. 24 ta’ Jannar 2016
Events U11 Staġun 2015/2016
Sur Segretarju,
Wara li sar il-proċess ta’ l-għażla fejn sejrin jinżammu l-U11 Events għal dan l-istaġun, issa ninsabu fi proċess iehor biex fi Frar li ġej, nibdew dawn l-events għat-tielet sena konsekuttiva bil-format il-ġdid tagħhom. Fl-aħħar żewġ staġuni, rajna xi tims jirtiraw ftit ġranet qabel l-event, jew xi wħud li ma jkollhomx numru ta’ plejers biżżejjed skond kif jitolbu r-regolamenti, dan kollu joħloq konfużjoni kbira fil-ġranet ta’ qabel l-event, u mhux sewwa għal-host nursery, kif ukoll għat-tims l-oħra fil-grupp.
Għaldaqstant ma din iċ-ċirckulari, qed nibgħat lista’ bid-dati ta’ l-events, fejn ser jinżammu l-events, u t-tims parteċipanti. Sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Jannar 2016, jekk in-nursery tiegħek tħoss li għal xi raguni jew oħra ma tistax tkun f’pozizzjoni li tipparteċipa, għandha tinforma bil-miktub sad-data murija. Jekk wara din id-data dawk in-nurseries li jonqsu u jirtiraw, apparti l-multa li jeħlu awtomatikament, dawn ma jiġux ikkunsidrati biex jipparteċipaw sakemm jidhirlu l-Kunsill f’dawn l-events jew tournaments f’din il-kategorija.
F’każ ta’ diffikulta mill-ġdid nitolbok biex tinfurmana.
Inselli għalik,
Joe Micallef
Segretarju Ġenerali
No Comments