
06 Nov BORD TAL-PROTESTI
B’referenza għas-seduta tal-Bord tal-Protesti li saret il-bieraħ, il-Ħamis 5 ta’ Novembru, 2015, fejn instegħmaw l-protesti hekk kif imressaq minn Mqabba Football Club Youth Nursery fil-konfront ta’ Santa Lucia FC Nursery, kif wkoll dak imressaq minn St. Venera United Youth Nursery fil-konfront ta’ Kalkara FC Nursery.
Il-Bord laqa’ l-protesti ta’ Mqabba FC Nursery u St. Venera United Youth Nursery u ddecida li r-rizultat tal-partiti msemmija għandu jaqra 2 – 0 favur Mqabba FC Nursery u St. Venera United Youth Nursery rispettivament, minħabba li Santa Lucia u Kalkara għamlu użu minn players ineliġibbli.
Dawn iż-żewġ logħbiet intlagħbu is-Sibt 25 t’Ottubru u kienu mill-Kategorija ta’ l-U15. Il-Klassifiċi ġew irrangati sabiex jirriflettu ir-riżultat ta’ dawn il-protesti (https://theyouthfa.org.mt/league-table/).
Sorry, the comment form is closed at this time.