
26 May Tmiem l-istagun ghal-Marsaxlokk Youth Nursery
Ghada kif giet fi tmiema grajja ohra mportanti, nistghu nghidu, holqa ohra minn katina twila, fl-istorja ta’ Marsaxlokk Youth Nursery. Dan mhux biss ghax illum kienet l-ahhar gurnata u tmiem ta’ stagun mimli successi ghan Nursery ghaziza taghna, izda ghax illum, l-Amministrazzjoni ta’ Marsaxlokk Youth Nursery nediet progett importanti li ser jibda jigi attwat mil-bidu ta’ stagun iehor.
Fil-fatt, fl-okkazjoni tal-lum, gew mistiedna l-atleti ta’ Special Olympics flimkien mal-coaches taghhom Elaine u Joseph. Dawn l-atleti, flimkien mall-gruppi ta’ l-U12 u l-U13 minn Nursery Ta’ Marsaxlokk, laghbu ghadd ta’ loghob flimkien f’sistema ‘unified’. Hawnhekk spikkat id-dixxiplina, hbiberija u rispett li t-tfal taghna urew ma’ dawn l-atleti. Dan huwa ta’ unur kbir ghalina tal-kumitat tan-Nursery u stimolu akbar biex inkomplu mexjin u nahdmu bla waqfien biex inpoggu isem n-Nursery ta’ Marsaxlokk minn ta’ quddiem nett.
B’dan il-hsieb f’mohha, l-Amministrazzjoni llum habbret li minn stagun iehor, ser tkun qed tahdem id f’id ma’ Special Olympic Malta biex fil-ground taghna, jibda jsir tahrig specjali fejn atleti ta’ Special Olympics u tfal minn Nursery ta’ Marsaxlokk ser jibdew jitrenjaw flimkien u jithargu f’sistema ‘unified’. Din l-ahbar intlaqat tajjeb hafna minn Elaine Bonnici li hija Sports Director fi hdan Special Olympics Malta. Hija stqarret ukoll, li konna ahna, Marsaxlokk Youth Nursery, l-ewwel Nursery ta’ Malta li wrejna interess f’dawn l-atleti u li ser inkunu qed nahdmu flimkien fl-interess taghhom biex inkomplu intejbu l-kwalitajiet li ghandhom.
Ghal din l-okkazzjoni kien hemm prezenti wkoll is-Sindku ta’ Marsaxlokk, is-Sur Horace Gauci, flimkien mal-Kunsillieri is-Sinjura Janice Chetcuti u s-Sur Daniel Zerafa. Minn hawn nixtieq nirringrazzjhom minn qalbi ta’ l-ghajnuna u s-sapport taghhom. Ma nistghux inhallu barra lil Youth FA li kienu wkoll prezenti ghal l-okkazzjoni tal-lejla. Min hawn nixtieq nirringrazzjhom ta’ l-ghajnuna kontinwa taghhom matul is-sena kollha
Sorry, the comment form is closed at this time.