ŻMIEN LI JGĦADDI WKOLL

08 Apr ŻMIEN LI JGĦADDI WKOLL

Matul din il-Ġimgha Mqaddsa u fi żmien li aħna magħluqin ġewwa ma nistax ma niftakarax fikom, Presidenti, Membri tal-Kumitati u Kowcis tan-Nurseries u nħossni wieħed minnkom.  Qed inbagħti jien magħkom imma naturalment iżjed qed tħossuha inthom!

Imma ma nistax, allura, ma niftakarx iż-żmien ta’ tbatija li kont għaddej minnha jien fl-Oratorju f’Hal Tarxien fi żmienijiet diffiċli meta kien hawn il-ġlieda bejn il-Knisja u l-Partit Laburista.  Ma rridx niftaħ feriti imma konna għaddejna minn żminijiet diffiċċli- jien forsi aktar miż-żghażagh li kienu jiġu l-Oratorju ghaliex dawn mieghi malajr konna ninsew kollox u ninfexxu nilgħabu l-five-a side u l-partiti tal-U.16 meta t-timijiet tal-Oratorju,  tal-Youth Centre ta’ Rahal gdid ,  tal-Azzjoni Kattolika u ta Sant Antnin  kienu jilaghbu kontra t-timijiet tal-Brigata laburista jew tal-Labour minghajr inkwiet ta’ xejn!   Kien hemm pika imma qatt ma nqala ġlied u kulhadd fir-rispett ta’xulxin.  Imma it-tensjoni kienet hemm kif hawn tensjoni bħalissa! Ma kienx żmien sabiħ u mn’alla kien il-futbol!

Anki is-snin taċ-Centru, wara bidu sabih fl-1972, aktar tard   fl-1978 ma kienux ward u żgħar u kellna żmien ikraħ ukoll saħanistra ta’ eżilju mill-Marsa fejn konna nittrenjaw u  nilagħbu għall-ewwel darba fuq il-ħaxix , kellna mmorru għal perijodu fil-grawnd tal-blat ur-ramel ta’ Pace Grasso u San Gużepp il-Hamrun !

Le le, ma kienux snin facli l-anqas għal Kowcis u l-amministraturi tac-Ċentru dak iż-żmien li teħodha ma min hu Bully u b’saħħtu iżjed minnek!!

Illum qed neħduha ma’ virus li waqa fuq id-dinja kollha bħal leħħa ta’ berqa u tefa lil kulħadd għarkuptejh!!  Sakemm wasal il-qawmien ghac-Centru ukoll għax bqajna kalmi u ħadna paċenzja.  Iċ-Ċentru għadda ghal iskema Inhobb il-Futbol fiċ-Centru Tekniku f’Ta Qali, waqt li bis-saħħa ta’ dan l-inkwiet ukoll ħafna clubs fethu in-Nurseries tagħhom u minn Centru wieħed fil-Marsa issa twieldu 10 f’daqqa u llum qedin 45 nursery!

Min hix nidħol fid-dettal imma qed ngħid dan kollu biex nuri li jien u dawk li kienu miegħi u madwari batew ukoll f’cirksustanzi differenti imma kellna ħafna problemi ukoll.  L-inizjattiva li hadet l-MFA li taghmel programmi ta’ tahrig fuq it-TV ghat tfal tan-Nurseries hija eccellenti u intom amministraturi għandkom tagħmlu minn kollox biex tħeġġu l-players tagħkom jieħdu sehem attiv fihom  biex jibqghu fit u ma jitilfux l-iskills, biex meta minn hawn u ftit ieħor nerġgħu lura għan-normal isibuhom lesti! Titilfux il-kuntatt magħhom u dan huwa mezz qawwi biex tagħmluh!

Iva il-Qawmien ta’ Kristu, li qed niċċelebraw din il-Ġimgha seħħ wara l-Passjoni u l-Mewt tiegħu u jekk aħna mdejqin bħalissa għax imċaħħdin min xi ħaġa li nħobbu ħafna ejjew nagħmlu kuraġġ u nemmnu li dalwaqt inqumu aħna ukoll!

L-Ghid it-Tajjeb!

Fr. Hilary  

No Comments

Post A Comment