Tibdil fil-Membri Newtrali tal-Kunsill tal-Youth Football Association

22 Sep Tibdil fil-Membri Newtrali tal-Kunsill tal-Youth Football Association

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Youth FA tal-bieraħ, 21 ta’ Settembru, fost affarijiet oħra, giet diskussa u aċċettata r-riżenja tas-Sur Frans Zammit mill-istess Kunsill.  Il-President, Fr. Hilary Tagliaferro u l-Kunsill kollhu tal-Youth FA publikament jirringrazzja lis-Sur Frans Zammit għax-xogħol siewi matul is-snin twal ta’ serviżż lil-logħba tal-football, speċjalment fis-settur taż-żgħażagħ u t-tfal.

Is-Sur Stewart Said kien propost u aċċettat sabiex jimla dan il-post battal, fi ħdan il-Kunsill tal-Youth FA, bħala membru newtrali.

No Comments

Post A Comment