
22 Aug Summer Camp organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery
Nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2016 ġie fi tmiemu s-Summer Camp 2016 organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery. Kienu 13-il sessjoni konsekuttivi ta’ taħriġ b’differenza għat-tfal subien u bniet bejn l-4 u t-12-il sena mifruxa fuq seba’ ġimgħat. Din is-sena reġa’ kellna numru sabiħ ta’ tfal li għoġobhom iqattgħu parti mill-ħin tal-vaganzi tagħhom magħna. Dan in-numru jkompli jimla lin-Nursery bil-kuraġġ biex fil-futur jiġu organizzati Summer Camps oħrajn. Konxji mill-fatt li l-involviment fi sports differenti sa minn età żgħira jista’ jħalli impatt pożittiv fuq l-iżvilupp fiżiku u atletiku tal-persuna, din is-sena tfassal programm ferm differenti mis-soltu. Fil-fatt minbarra s-soltu taħriġ tal-futbol ġie organizzat taħriġ f’dixxiplini differenti li għal ħafna mit-tfal kienet l-ewwel esperjenza tagħhom. It-taħriġ tal-futbol kien wieħed intensiv fejn kellna anke taħriġ speċjalizzat minn physical trainer kwalifikat, Eraldo Vero bl-assistenza tal-head coach Fernando Costantini. It-tfalkollha ngħataw attenzjoni individwali għaliex kull wieħed u waħda minnhom joffrulna sfida.
Waħda mis-sessjonijiet b’differenza kien taħriġ tal-judo. Din is-sessjoni saret bil-kollaborazzjoni ta’ Tignè Judo Club ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. Ma nistax ma nirringrazzjax lil Sensei Joseph Muscat għall-għajnuna tiegħu. Kellna wkoll sessjoni ta’ Break Dance Hip Hop organizzatġewwa s-sala ta’ Mqabba FC. Grazzi kbira tmur lil Street Elements, b’mod partikulari lis-sur Liston Bongailas u s-sinjorina Charlene Grange tal-impenn professjonali tagħhom waqt is-sessjoni. Kellna wkoll taħriġ fir-rugby li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f’pajjiżna. Attivitajiet oħrajn b’differenza kienu l-fun games kif ukoll il-human table soccer ġewwa l-5-a-side pitch ta’ Mqabba FC. Ma setax jonqos ukoll li għal darb’oħra mmorru nipprattikaw il-beach soccer din id-darba fuq ir-ramel ta’ Pretty Bay f’Birżebbuġa. Is-Summer Camp ta’ din is-sena ġie fi tmiemu b’diversi water games li kull sena jkunu mistennija mit-tfal. Dan il-programm vast niżel tajjeb mat-tfal u l-ġenituri tagħhom tant li kellna ħafna kummenti pożittivi.
Dan kollu jimla lil Mqabba FC Youth Nursery bl-enerġija li tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha għall-ġid tat-tfal u tgħinhom isiru individwi aħjar. Mqabba FC Youth Nursery temmen fit-tfal kollha li jattendu magħha u ma tħalli lil ħadd barra. Għan-Nursery tagħna, it-tfal mhumiex sempliciment numru u fil-fatt tikkonċentra l-isforzi tagħna fuq kull wieħed u waħda minnhom. L-akbar sodisfazzjon tagħna jkun meta naraw li l-ambjent sportiv u ta’ familja offrut minn Mqabba FC Youth Nursery qed iħalli impatt pożittiv fuq il-persuni li jiffrekwentawha, jiġifieri t-tfal, ġenituri, kowċis u amministraturi.
Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Elvin Sciberras għall-koordinazzjoni kif ukoll lill-kowċKurt Polidano li kien inkarigat mit-taħriġ fil-kategorija taż-żgħar. Ringarazzjament ukoll lill-kowċ Ryan Polidano, Karl Ghigo, Benoit Azzopardi, Ian Farrugia, Clayton Sciberras u Leon Delia għall-għajnuna tagħhom waqt it-taħriġ.
Għal aktar tagħrif, ritratti u filmati wieħed jista’ jidħol fil-paġna uffiċjali ta’ Mqabba FC Youth Nursery fuq Facebook, www.facebook.com/mqabbafcyn
BBQ Night minn Mqabba FC Youth Nursery
Bhal kull sena, bhala bidu ghall-istagun 2016/2017, Mqabba FC Youth Nursery organizzat il-BBQ Night Annwali taghha hdejn il-grawnds tal-istess klabb. Din l-attivita’ giet organizzata nhar il-Gimgha 19 ta’ Awwissu 2016.
L-attendenza numeruza kif ukoll il-kummenti pozittivi li smajna minghand dawk prezenti kienu ta’ sodisfazzjon u inkoraggiment kbir sabiex b’mod volontarju inkomplu nahdmu b’risq it-tfal taghna. In-numru fl-attendenza qieghed dejjem jizdied minn sena ghall-ohra u dan huwa prova cara tas-success milhuq.
Sa dan it-tant f’isem Mqabba FC Youth Nursery nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li offrew l-ghajnuna taghhom sabiex dan il-BBQ annwali li issa dahal sew fil-kalendarju tan-nursery taghna seta’ jkun success totali. Grazzi specjali lis-sinjuri Gilbert u Antoinette Camilleri kif ukoll lis-sinjura Micallef li flimkien ikkordinaw ix-xoghol kollu sa l-anqas dettal u xejn inqas lis-sur George Debono li ghogbu jghina senza interessi fejn jidhol it-tisjir waqt din l-attivita’. Grazzi lill-kumitat kollu ta’ Mqabba FC Youth Nursery kif ukoll dawk il-genituri li ghogobhom joffru l-ghajnuna kollha taghhom.
Matul din l-attivita’ inghatat ukoll tifkira zghira bhala turija ta’ ringrazzjament u apprezzament lis-Sinjura Clemence Dujardin f’isem il-kumpanija MyAffiliates.com, li din is-sena qeghdin jissponsorjaw lin-Nursery taghna kif ukoll lit-tim ta’ Mqabba FC. F’isem Mqabba FC Youth Nursery nirringrazzjaw lill-isponsors kollha ghall-ghajnuna kbira taghhom sabiex Nursery bhal taghna tkun tista’ tkompli tikber u timxi ‘l quddiem.
Minn hawn inheggeg aktar genituri u sostenituri ta’ Mqabba FC Youth Nursery sabiex jinghaqdu maghna f’dawn l-attivitajiet simili. L-ghajnuna u l-prezenza ta’ kulhadd hija important u ta’ sostenn ghalina.
Ghal aktar dettalji u ritratti wiehed jista’ jzur il-pagna ufficjali ta’ Mqabba FC Youth Nursery fuq FB:
https://www.facebook.com/mqabbafcyn/photos/?tab=album&album_id=1162423377148448
Reġistrazzjonijiet u laqgħat għall-genituri
Mqabba FC Youth Nursery tixtieq tinforma lill-pubbliku inġenerali li bhalissa qed jigu accettati applikazzjonijiet u reġistrazzjonijiet għall-istaġun 2016/20176 għal tfal, subien u bniet, minn 3 snin ‘il fuq. It-tahrig gewwa Mqabba FC Youth Nursery ser jibda nhar it-Tnejn 1 ta’ Settembru 2016 gewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Mqabba FC.
Laqgħat separati qed jiġu organizzati għall-ġenituri, fejn ser tinghata informazzjoni importanti u dettalji dwar it-tahrig ghal dan l-istagun. Il-laqghat ser ikunu indirizzati mill-Kumitat Amministrattiv, mill-Headcoach Fernando Costantini u mill-kowcis rispettivi.
Laqgħat skedati ghall-Ġenituri:
- L-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2016 fil-5:30pm – għat-tfal li twieldu bejn l-2008 u l-2013
- L-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2016 fis-06:30pm – għall-plejers li twieldu bejn l-2004 u l-2007
Il-laqgħat kollha ser isiru fil-Imqabba FC Hall.
Għal aktar dettalji żur www.mqabbafcyn.org jew il-paġna tagħna fuq Facebook, www.facebook.com/mqabbafcyn.
No Comments