Summer Camp organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery

16 Aug Summer Camp organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery

Nhar is-Sibt 12 ta’ Awwissu 2017 ġie fi tmiemu s-Summer Camp 2017 organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery.  Kienu 12-il sessjoni konsekuttivi ta’ taħriġ b’differenza għat-tfal subien u bniet bejn l-4 u t-12-il sena mifruxa fuq seba’ ġimgħat. Din is-sena reġa’ kellna numru sabiħ ta’ tfal li għoġobhom iqattgħu parti mill-ħin tal-vaganzi tagħhom magħna. Dan in-numru jkompli jimla lin-Nursery bil-kuraġġ biex fil-futur jiġu organizzati Summer Camps oħrajn.  Konxji mill-fatt li l-involviment fi sports differenti sa minn età żgħira jista’ jħalli impatt pożittiv fuq l-iżvilupp fiżiku u atletiku tal-persuna, din is-sena tfassal programm similili ghal dak tas-sena ta’ qabel. Fil-fatt minbarra s-soltu taħriġ tal-futbol ġie organizzat taħriġ f’dixxiplini differenti li għal ħafna mit-tfal kienet l-ewwel esperjenza tagħhom. It-taħriġ tal-futbol kien wieħed intensiv fejn kellna anke taħriġ speċjalizzat. It-tfal kollha ngħataw attenzjoni individwali għaliex kull wieħed u waħda minnhom joffrulna sfida.

 

Waħda mis-sessjonijiet b’differenza kien taħriġ tal-judo. Din is-sessjoni saret bil-kollaborazzjoni ta’ Tignè Judo Club ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. Ma nistax ma nirringrazzjax lil Sensei Joseph Muscat għall-għajnuna kbira tiegħu. Kellna wkoll sessjoni ta’ Break Dance Hip Hop organizzat ġewwa s-sala ta’ Mqabba FC.  Grazzi kbira tmur lil Street Elements, b’mod partikulari lis-sur Liston Bongailas u s-sinjorina Charlene Grange tal-impenn professjonali tagħhom waqt is-sessjoni.  Kellna wkoll taħriġ fir-rugby li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f’pajjiżna. Attivitajiet oħrajn b’differenza kienu l-fun games kif ukoll il-human table soccer ġewwa l-5-a-side pitch ta’ Mqabba FC.  Ma setax jonqos ukoll li għal darb’oħra mmorru nipprattikaw il-beach soccer fuq ir-ramel ta’ Pretty Bay f’Birżebbuġa. Is-Summer Camp ta’ din is-sena ġie fi tmiemu b’diversi water games li kull sena jkunu mistennija mit-tfal. Dan il-programm vast niżel tajjeb mat-tfal u l-ġenituri tagħhom tant li kellna ħafna kummenti pożittivi.

 

Dan kollu jimla lil Mqabba FC Youth Nursery bl-enerġija li tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha għall-ġid tat-tfal u tgħinhom isiru individwi aħjar. Mqabba FC Youth Nursery temmen fit-tfal kollha li jattendu magħha u ma tħalli lil ħadd barra. Għan-Nursery tagħna, it-tfal mhumiex sempliciment numru u fil-fatt tikkonċentra l-isforzi tagħna fuq kull wieħed u waħda minnhom. L-akbar sodisfazzjon tagħna jkun meta naraw li l-ambjent sportiv u ta’ familja offrut minn Mqabba FC Youth Nursery qed iħalli impatt pożittiv fuq il-persuni li jiffrekwentawha, jiġifieri t-tfal, ġenituri, kowċis u amministraturi.

 

Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Elvin Sciberras għall-koordinazzjoni kif ukoll lill-kowċ Kurt Polidano li kien inkarigat mit-taħriġ fil-kategorija taż-żgħar. Ringarazzjament ukoll lill-kowċ Patrick Tanti u l-Headcoach il-gdid Michael Degiorgio kif ukoll ringrazzjament specjali lil Benoit Azzopardi, Ian Farrugia, Clayton Sciberras u Leon Delia għall-għajnuna tagħhom waqt it-taħriġ.

 

Għal aktar tagħrif, ritratti u filmati wieħed jista’ jidħol fil-paġna uffiċjali ta’ Mqabba FC Youth Nursery fuq Facebook, www.facebook.com/mqabbafcyn

 

BBQ Night minn Mqabba FC Youth Nursery

 

Bhal kull sena, bhala bidu ghall-istagun 2017/2018, Mqabba FC Youth Nursery ser torganizza il-BBQ Night Annwali taghha hdejn il-grawnds tal-istess klabb.  Din l-attivita’ ser tigi organizzata nhar il-Gimgha 25 ta’ Awwissu 2017.

 

L-attendenza numeruza kif ukoll il-kummenti pozittivi li smajna minghand dawk li attendew fis-snin l-imghoddija huma ta’ sodisfazzjon u inkoraggiment kbir sabiex b’mod volontarju inkomplu nahdmu b’risq it-tfal taghna.  In-numru fl-attendenza qieghed dejjem jizdied minn sena ghall-ohra u dan huwa prova cara tas-success milhuq f’dawn l-attivitajiet organizzati minn Mqabba FC Youth Nursery.

 

Minn hawn inheggeg lilkom genituri u sostenituri ta’ Mqabba FC Youth Nursery sabiex tinghaqdu maghna f’din l-attivita’.  L-ghajnuna u l-prezenza ta’ kulhadd hija important u ta’ sostenn ghalina.

 

 

Reġistrazzjonijiet u laqgħat għall-genituri

 

Mqabba FC Youth Nursery tixtieq tinforma lill-pubbliku inġenerali li bhalissa qed jigu accettati applikazzjonijiet u reġistrazzjonijiet għall-istaġun 2017/2018 għal tfal, subien u bniet, minn 3 snin ‘il fuq. It-tahrig gewwa Mqabba FC Youth Nursery ser jibda nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru 2017 gewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Mqabba FC.

 

Laqgħat separati qed jiġu organizzati għall-ġenituri, fejn ser tinghata informazzjoni importanti u dettalji dwar it-tahrig ghal dan l-istagun.  Il-laqghat ser ikunu indirizzati mill-Kumitat Amministrattiv, mill-Headcoach Fernando Costantini u mill-kowcis rispettivi.

 

Laqgħat skedati ghall-Ġenituri:

  • L-Erbgħa 23 ta’ Awwissu 2017fil-5:30pm – (U5 – U9)
  • L-Erbgħa 23 ta’ Awwissu 2017fis-06:30pm – (U10 – U13)

Il-laqgħat kollha ser isiru fil-Imqabba FC Hall.

 

Għal aktar dettalji żur www.mqabbafcyn.org  jew il-paġna tagħna fuq Facebook, www.facebook.com/mqabbafcyn.

Antoine Sciberras

Amministratur

  1. 79094462

www.mqabbafcyn.org

www.facebook.com/mqabbafcyn

No Comments

Post A Comment