
28 Jan Stħarriġ dwar plejers miż-żona tal-Kottonera
Sur Segretarju,
Il-Youth FA ġiet mitluba biex tiġbor informazzjoni ta’ kemm hemm plejers li ġejjin mill-Kottonera (Birgu, Bormla u Isla) fin-nurseries tagħna.
Għaldaqstant qed nitolbok biex tiparteċipa f’dan l-istħarriġ billi tinfurmana bin-numru ta’ tfal u l-eta’ rispettiva tagħhom fin-nursery tiegħek li ġejjin mill-Kottonera.
Il-koperazzjoni ta’ kull nursery hija mportanti sabiex jintlaħaq il-għan ta’ dan il-programm. Peress li rridu ngħaddu din l-informazzjoni sa nofs Frar 2016, nitolbok biex tinfurmana lura bid-dettalji sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Frar 2016.
Kull informazzjoni mogħtija ser tinżamm strettament kunfidenzjali.
Grazzi.
Joe Micallef
Segretarju Generali YFA
No Comments