STEDINA GĦAL-VAGANZI TAL-MILIED

30 Nov STEDINA GĦAL-VAGANZI TAL-MILIED

Il-festi sbieħ tal-Milied igibu magħhom ukoll ħafna ġranet liberi għat-tfal tan-Nurseries li nistgħu nużawhom tajjeb mhux biss għall-aktar logħob imma l-iżjed ghall-aktar edukazzjoni fil-valuri tal-isports.

Bis-saħħa tal-ġemellaġġ li l-Youth FA għandha mal-Millennium Chapel/Wow in-Nurseries kollha huma mistiedna biex jieħdu t-tfal tagħhom u jqattgħu sagħtejn f’tahriġ fil-valuri tal-ħajja u tal-isports.  Il-ġlieda kontra d-droga u x-xorb żejjed u kmieni li qed jattakka ħafna mit-tfal tagħna għandna bżonn niqfulu billi nwissu u niftħu għajnejn it-tfal  u nedukawhom aktar fir-responsabbilta’ . Niftakru li qabel ma nħarrġu t-tfal biex isiru players l-ewwel irridu nagħmluhom bnedmin b’saħħithom fir-ruħ u l-qalb tagħħom.

Għalhekk dawk kollha li jixtiequ jieħdu t-tfal tan-Nursery tagħhom fil-vaganzi tal-Milied, jiġgifieri bejn -27 ta’ Diċembru u 6 ta’ Jannar 2016 jistghu jibgħatu e-mail lil Fr. Hilary, hiltag@gmail.com jew icemplu 99829429 biex jibbukkjaw .

No Comments

Post A Comment