Pieta Hotspurs Under 17 jaghmlu d-double

19 May Pieta Hotspurs Under 17 jaghmlu d-double

Nhar il-Hadd 19 ta’ Mejju 2019, it-tim ta’ taht is-17 -il sena ta’ Pieta Hotspurs rebah il-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out kontra t-tim ta’ Floriana li ntlaghbet fil-Victor Tedesco Stadium il-Hamrun.

Il-loghba ntemmet bl-iskor ta’ 3-1 favur Pieta’ biex b’hekk huma gew dikjarati double-winners wara li huma rebhu wkoll Sezzjoni A tal-Kampjonat tal-YFA ta’ taht is-17 -il sena.

Il-goals gew skurjati minn:

  • Pieta: Zean Leonardi (47′); Buttigieg Neil (56′); Briffa Kurt (90+1′)
  • Floriana: Agius Leonardo (71′)

Ir-referee tal-partita kien Massimo Axisa mghejjun minn William Zerafa (Assistant Referee 1), Raiden Psaila (Assistant Referee 2) u Dindar Abdullah (Raba’ Ufficjal).

No Comments

Post A Comment