
14 Sep Nurseries tal-football b’risa l-Istrina 2018
Sur Segretarju
Bħalma ħabbarna fis-seminar annwali tal-YFA bdejna naħdmu sabiex għal darb’oħra n-nurseries jorganizzaw l-attività tal-futbol b’risq Istrina 2018.
Id-data tal-attività hija kkonfermata għan-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ta’ nhar il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018. Filwaqt li nħeġġu lin-nurseries sabiex jikkollaboraw flimkien, il-kumitat organizzattiv jistieden lin-nurseries li għandhom xi ideat dwar kif nistgħu nsaħħu l-attività sabiex jikkuntattjana.
Bħalma għamilna s-sena li għaddiet, il-poster uffiċjali tal-attività ser jintagħżel permezz ta’ kompetizzjoni tat-tpinġija fost il-plejers tan-nurseries li fuq kollox huma l-protagonisti prinċipali ta’ dan l-avveniment. Dettalji tal-kompetizzjoni huma dawn:
- Tema tat-tpinġija: Ifraħ u għin
- Kategorija: Ser ikun hemm 2 kategoriji (Kategorija ‘A’ – Sa 9 snin; Kategrija ‘B’ – Bejn 10 u 12 –il sena) b’rebbieħ għal kull kategorija. Minnhom jintagħżel ir-rebbieħ overall .
- Qies u tip tat-tpinġija: Fuq karta A4 u tpinġija bl-idejn mhux bil-computer
- Dettalji li jridu jitniżżlu fuq wara tat-tpinġija: Isem, kunjom, data tat-twelid u isem tan-nursery
- Sottomissjonijiet: It-tpinġijiet għandhom ikunu sottomessi sa nhar it-Tnejn 1 t’Ottubru 2018 fl-uffiċċju tal-YFA (Attn. Stephanie Rocco). Tistgħu tilħqu tibgħatu kopja skenjata b’email fuq stephanierocco@theyouthfa.org.
mt, pero l-oriġinali jridu jkunu sottomessi xorta.
Ninfurmawkom ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser tirċievu invit uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President għal-laqgħa mal-E.T il-President Marie-Louise Coleiro Preca li se ssir nhar il-Ħamis 11 t’Ottubru 2018. Nappellaw biex tkunu preżenti għal din il-laqgħa li fiha ser niddiskutu l-attività.
Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem tas-sapport tagħkom, inħeġġukom sabiex naħdmu id f’id biex naqbżu is-somma rekord ta’ €9,000 li ġbarna s-sena l-oħra.
Tislijiet

Stephanie Rocco Assistant to General Secretary |
No Comments