Membri tal-Kunsill tal-YFA rikonoxxuti ghas-servizz taghhom lejn l-assocjazzjoni

12 Mar Membri tal-Kunsill tal-YFA rikonoxxuti ghas-servizz taghhom lejn l-assocjazzjoni

F’cerimonja organizzata mill-MFA fi tmiem il-kors tal-amministraturi, gew rikonoxxuti persuni li ilhom jaghtu s-servizz taghhom lill-klabb taghhom jew xi member association ghal dawn l-ahhar 25 sena.

Hames membri mill-Kunsill tal-YFA gew rikonoxxuti ghas-servizz volontarju taghhom lill-YFA u fil-football taz-zghazagh. Dawn huma:

  • Fr Hilary Tagliaferro, President tal-YFA ghal 37 sena
  • Joe Cassar, Vici President tal-YFA ghal 37 sena
  • Joe Pace, Membru tal-Kunsill tal-YFA ghal 32 sena
  • Joe Micallef, Segretarju Generali tal-YFA ghal 26 sena
  • Alfred Cacciottolo, Tezorier tal-YFA ghal 26 sena

Filwaqt li nawgurawlhom ghal dan ir-rikonoxximent tant meritat, nirringrazzjawhom ghad-dedikazzjoni u x-xoghol taghhom f’dan is-settur u nawgurawlhom aktar snin ta’ hidma u gid ghall-beneficcju ta’ tant zghazagh.

No Comments

Post A Comment