Kondoljanzi – Godfrey Pecorella

03 Aug Kondoljanzi – Godfrey Pecorella

Tħabbret il-mewt tas-Sur Godfrey Pecorella fl-eta’ ta’ 76 sena, eks-Viċi President tal-Youth FA.

 

Is-Sur Pecorella okkupa l-kariga ta’ Teżorier u Viċi President tal-Youth FA għal diversi snin.  Kien Membru tal-Kunsill tal-MFA f’isem il-YFA kif ukoll kien membru f’diversi bordijiet oħra tal-MFA matul is-snin.  Ħadem ukoll qrib id-Dipartiment Internazzjonali tal-MFA ma’ timijiet barranin li żaru pajjiżna.

 

Fl-Annual Presentation Night għall-Staġun 2016-2017 Godfrey Pecorella ngħata l-YFA Merit Award għas-servizz tiegħu lejn il-YFA.

 

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 6 t’Awwissu fit-8.30am fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.

 

Il-President u l-Kunsill tal-YFA jwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

 

Strieħ fis-Sliem.

1Comment
  • REGINALD
    Posted at 12:09h, 03 August Reply

    RIP Gedffrey

Post A Comment