Jum id-drittijiet tat-tfal

15 Nov Jum id-drittijiet tat-tfal

 

Sur Segretarju,

Nixtieq ninfurmak li nhar il-Ħadd, 20 ta’ Novembru 2016, ser jiġi mfakkar jum id-drittijiet tat-tfal. L-uffiċju tal-Kummissarju għat-tfal qed tistieden li dawk it-tims li, nhar is-Sibt u nhar il-Ħadd 19 u 20 ta’ Novembru 2016, għandhom il-logħob mill-kampjonati tal-Youth F.A. U15 u U17, Events U13 u Inħobb il-futbol U13, biex qabel kull partita ż-żewg captains tat-teams rispettivi, jaqraw dawn iż-żewġ messaġġi annessi.

Għaldaqstant il- Youth F.A.,  qed titlob li qabel tibda’ l-logħba, jiġi ffurmat ċirku bejn iż-żewġ timijiet fin-nofs tal-grawnd,  filwaqt li jinqraw il-messaġġi fil-preżenza ta’ l-uffiċjali tal-logħba u l-istaff tekniku, li jkun ġewwa l-ground restricted area.

Il-koperazzjoni ta’ kulħadd hija mitluba, filwaqt li nassiguraw li dan jigi esegwit fil-logħob kollu ta’ dan il-weekend. Ġentilment mitlub li tassigura li t-team tiegħek ikollu miegħu kopja tal-messaġġi.

Nirringrazzjak u nselli għalik.

 

Dejjem Tiegħek,

 

 

Youth F.A Joe Micallef
General Secretary

 

No Comments

Post A Comment