Invit għan-nurseries sabiex isegwu l-logħba mill-UEFA Europa League – Birkirkara vs West Ham

21 Jul Invit għan-nurseries sabiex isegwu l-logħba mill-UEFA Europa League – Birkirkara vs West Ham

Il-klabb ta’ Birkirkara FC qed jistiednu lin-nurseries kollha, sabiex jattendu fi grupp ta’ mhux aktar minn 20 plejer u żewġ diriġenti għal-logħba bejn Birkirkara vs West Ham mill-UEFA Europa League ta’ nhar il-Ħamis 23.07.2015, ġewwa l-Istadium Nazzjonali ta’ Qali fit-8.45pm.

Importanti li l-plejers flimkien mad-diriġenti jkunu liebsa il-kit tan-Nursery. Persuni mingħajr il-kit mhux ser jitħallew jidħlu l-grawnd għall-ebda raguni.  Għaldaqstant jekk in-nursery tiegħek tixtieq li tkun preżenti għal din il-logħba, nitolbok biex sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 22.07.2015, sa mhux aktar tard mis- 6.00pm, tinfurmani permezz ta’ email jew fuq il-mobile number 99471496 bin-numru tat-tfal u diriġenti li ser jattendu.

Il-biljetti jingabru mis-South End fis-19.30.

 

Inselli għalik.

 

Joe Micallef

Segretarju Generali

 

No Comments

Post A Comment