IL-YOUTH FA TORGANIZZA S-SEMINAR ANNWALI

26 Aug IL-YOUTH FA TORGANIZZA S-SEMINAR ANNWALI

Nhar is-Sibt 24 t’Awwissu l-Youth Football Association organizzat is-Seminar Annwali tagħha fil-lukanda The Palace f’Tas-Sliema, fejn ġew diskussi diversi temi li jaffettwaw lill-amministraturi u l-kowċis tan-nurseries.

Wara l-introduzzjoni tal-President tal-YFA Fr. Hilary Tagliaferro, fejn rega enfazizza l-importanza tal-valuri fil-ffotball, Denise Chetcuti u Jareth Grima mis-Sedqa tkellmu dwar programm ta’ prevenzjoni mill-YFA.

Kurt Formosa mill-MFA li kompla jagħti spjegazzjoni dwar is-sistema COMET, l-ahhar irtokki li saru sabiex issir sistema aktar effiċjenti u telimina x-xogħol doppju li kien isir fil-passat. Dawk preżenti kellhom l-opportunità li jsaqsu lil Formosa dwar l-aħħar dubji li għandu fuq is-sistema.

Andre Arciola, l-Assistant Director of Refereeing, ghamel prezentazzjoni rigward it-tibdil li sar fil-laws of the game dawn l-ahhar gimghat.  L-aħħar kelliema tas-Seminar kien Dr. Montebello, li tkellem dwar l-injuries tal-footballers u r-responsabilita li dawn igibu maghhom.

L-istagun tal-YFA jibda nhar is-Sibt, 7 ta’ Settembru.

No Comments

Post A Comment