Dixxiplina fuq imġieba mhux xierqa ta’ steward fil-kampjonat tal-YFA

10 Dec Dixxiplina fuq imġieba mhux xierqa ta’ steward fil-kampjonat tal-YFA

Wara biss l-ewwel ftit ġimgħat mil-bidu tal-kampjonati tal-YFA b’dispjaċir ngħidu li minn weekend għall-ieħor qed jiġu rrappurtati numru ta’ każi ta’ komportament mhux xieraq min-naħa tal-partitarji b’mod speċjali stewards li r-rwol tagħhom huma li jagħtu eżempju u jżommu l-kalma fost li-partitarji.

Il-Bord Kontroll u Dixxiplina tal-YFA jikkundanna dawn l-atti u kull att simili ieħor li jirrigwarda lil xi partitarju u/jew steward fil-konfront tal-uffiċjali tal-partita.  Kulħadd għandu jżomm f’moħħu li azzjonijiet koroh bħal dawn ma jagħmlu dehen lill-ebda nursery u/jew klabb involut fil-football taż-żagħżagħ speċjalment lill-plejers żgħażagħ infushom  li jkunu qed jilagħbu ….. wasal iż-żmien li lil dawn iż-żgħażagħ inħalluhom jilagħbu l-logħba għal qalbhom f’ambjent sikur u mhux f’ambjent ta’ tensjoni.

Nisperaw li atti bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom u li kull persuna li jiddeċiedi li jmur jara logħba tal-kampjonat tal-YFA jiftakar fi prinċipju primarju tal-football – RISPETT…rispett lejn il-logħba u lejn dawk kollha involuti fil-qasam tal-youth football li ħafna minnhom jiddedikaw ħafna minn ħinhom b’mod volontarju biex dejjem jippruvaw imexxu n-nursery tagħhom ‘l quddiem.

No Comments

Post A Comment