Direttivi għal-logħba ta’ ħbiberija: Italja vs Skozja

25 May Direttivi għal-logħba ta’ ħbiberija: Italja vs Skozja

Sur Segretarju,

Bħala preparazzjoni għal-logħba ta’ ħbiberija bejn l-Italja u Skozja,  nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016,  fit-8.45pm ġewwa l-Grawnd Nazzjonali Ta’ Qali, nitolbok tinnota dawn il-punti mportanti.

 

(a)  Dħul tan-nurseries Millenium F. (Segwi l-Gate prinċipali minn fejn ser jidħlu n-nurseries biss), ippreżenta l-grupp tiegħek ta’ mhux aktar minn 25 plejer u żewġ diriġenti, mportanti li dawn ikunu liebsa l-kit tan-nursery.

(b)  Il-ġenituri ma jistgħux jidħlu mill-Gate mat-tfal.

(c)  Biex ma jkunx hemm konfuzzjoni fl-aħħar ħinijiet, il-Grawnd ser jiftaħ fis-7.00pm u għaldaqstant importanti li wieħed jaħseb qabel.

(d)  Il-biljetti tal-ġenituri jinġabru kollha nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2016,  mill-front office ta’ l-MFA bejn id-9.00am u l-5.00pm. Ħlas mal-biljetti.

Nirringrazzjak,

Joe Micallef

Segretarju Generali YFA

No Comments

Post A Comment