Ċirkulari Nru 21/2014-2015 – Formoli

05 May Ċirkulari Nru 21/2014-2015 – Formoli

Ċirkulari Nru 21/2014-2015.
30 ta’ April 2015.

 

Lis-Segretarji YFA Nurseries

Għal-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2014/2015, kif ukoll bi preparament għal-istaġun 2015/2016, in-nurseries huma mitluba biex jimlew il-formoli annessi u jintbagħtu lura sa ż-żmien indikat.

(1)       Form 05. Dawk in-nurseries li jixtiequ jinnominaw persuni biex iservu bhala membri fil-Kunsill ta’ The Youth F.A., huma mitluba biex jimlew Form 05 annessa, u jibgħatu n-nominazzjoni tagħhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Y.F.A., sa mhux aktar tard min-nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2015. Kull nomina trid tkun skond kif jitlob l-Istatut. Il-ħatra ghal dawn il-postijiet hija ta’ ħames membri għall-perjodu ta’ staġun (2015-2016). Jekk tkun meħtieġa elezzjoni, din tinzamm waqt  l-A.G.M. f’Ġunju.

(2)      Form 01. Staġun 2015-2016. In-nurseries li jixtiequ jiehdu sehem fil-Kampjanati / Festivals / Fun Games, organizzati mill-YFA matul l-istaġun li jmiss, huma mitluba biex mhux aktar tard min-nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015, jibgħatu Form 01 (annessa) lis-Segretarju Ġenerali YFA. Dawk li ma jibagħtux din il-formola sa din il-ġurnata jkunu kkunsidrati li mhux ser jipparteċipaw għall-istaġun li jmiss. Il-Kunsill iżomm id-dritt li jista’ jsir xi tibdil fil-formati tal-kampjonati/festivals skond il-ħtieġa teknika. Il-format tal-Kampjonat 2015/2016 ser jintbgħat f’ċirkulari oħra.

(4)      Form 03. Delegati/Sub Deleġati Staġun 2014-2015. Bi preparament għall-A.G.M., kif ukoll għall-istaġun 2015-2016, is-segretarji tan-nurseries huma fid-dover li jimlew Form 03 (annessa) u jibgħatu l-formola kompluta bid-dettalji lis-Segretarju Ġenerali tal-Y.F.A., sa mhux aktar tard min-nhar il-Ġimgha 15 ta’ Mejju 2015. Il-Kunsill ikun irid japprova lid-delegati sabiex dawn ikunu jistgħu jattendu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali, kif ukoll biex ikollhom id-dritt għall-vot.

(5)      Dawk in-nurseries li matul il-ġranet tas-sajf ikunu miftuha, huma mitluba biex jimlew il-formola annessa ma’ din iċ-ċirkulari bid-dettalji mitluba, u jibagħtuha lura lis-Segretarjat tal-YFA sa mhux aktar tard mil-1 ta’ Ġunju 2014.

(7)     Emendi għall-Istatut: Nurseries affiljati li jixtiequ jressqu x’emendi għal-Istatut, fil-Laqgħa Generali Annwali ta’ Ġunju, għandhom jagħmlu dan bil-miktub (formola annessa). Proposti jiġu kkunsidrati biss sa mhux aktar tard min-nhar it-23 ta’ Mejju 2015.

(8)      Annessa tabella tal-cut off dates tal-Kampjonati u festivals tal-Youth FA Stagun 2014/2015. Il-Youth FA tista’ tibdel din it-tabella skond il-ħtieġa teknika.

 

 

 

 

Joe Micallef

Segretarju Generali YFA

 

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.