Ċirkulari Nru 16/2015-2016 – Under 11 Events

25 Jan Ċirkulari Nru 16/2015-2016 – Under 11 Events

 

Ċirkulari Nru 16/2015-2016.                                                                                                       24 ta’ Jannar 2016

Events U11 Staġun 2015/2016

Sur Segretarju,

Wara li sar il-proċess ta’ l-għażla fejn sejrin jinżammu l-U11 Events għal dan l-istaġun, issa ninsabu fi proċess iehor biex fi Frar li ġej, nibdew dawn l-events għat-tielet sena konsekuttiva bil-format il-ġdid tagħhom.  Fl-aħħar żewġ staġuni, rajna xi tims jirtiraw ftit ġranet qabel l-event, jew xi wħud  li ma jkollhomx numru ta’ plejers biżżejjed skond kif jitolbu r-regolamenti, dan kollu joħloq konfużjoni kbira fil-ġranet ta’ qabel l-event, u mhux sewwa għal-host nursery, kif ukoll għat-tims l-oħra fil-grupp.

Għaldaqstant ma din iċ-ċirckulari, qed nibgħat lista’ bid-dati ta’ l-events, fejn ser jinżammu l-events,  u t-tims parteċipanti. Sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Jannar 2016, jekk in-nursery tiegħek tħoss li għal xi raguni jew oħra ma tistax tkun f’pozizzjoni li tipparteċipa, għandha tinforma bil-miktub sad-data murija. Jekk wara din id-data dawk in-nurseries li jonqsu u jirtiraw,  apparti l-multa li jeħlu awtomatikament, dawn ma jiġux ikkunsidrati biex jipparteċipaw sakemm jidhirlu l-Kunsill f’dawn l-events jew tournaments f’din il-kategorija.

F’każ ta’ diffikulta mill-ġdid nitolbok biex tinfurmana.

Inselli għalik,

Joe Micallef

Segretarju Ġenerali

 

No Comments

Post A Comment