Attivita’ Annwali tan-nurseries u kompetizzjoni tat-tpinġija b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

20 Oct Attivita’ Annwali tan-nurseries u kompetizzjoni tat-tpinġija b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation

Iż-żmien qed joqrob għall-appuntament annwali fejn in-nurseries jingħaqdu f’attivita’ waħda b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.  Id-data tal-attività hija kkonfermata għan-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu ta’ nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019.

Il-poster uffiċjali tal-attività ser jintagħżel permezz ta’ kompetizzjoni tat-tpinġija fost il-plejers tan-nurseries li huma l-protagonisti ewlenin ta’ dan l-avveniment.  Dettalji tal-kompetizzjoni huma dawn:

  • Tema tat-tpinġija: Ngħinu b’Qalb waħda … bil-futbol (din trid tinkiteb fuq il-poster)
  • Qies u tip tat-tpinġija: Fuq karta A4 u tpinġija bl-idejn mhux bil-computer
  • Fit-tpenġija il-parteċipanti jistgħu jużaw mediau teknika differenti: Jistgħu jużaw lapsijiet tal-kulur; ‘crayons’; ‘water colours’; ‘poster colours’; ‘acrylic colours’; eċċ. Jistgħu wkoll jesperimentaw b’teknika varja bħal ‘Collages’ billi jqasqsu u jwaħħlu karti ikkuluriti; ‘Resist’; ‘Scratching’ eċċ.
  • Il- kreattivita’ u l-oriġinalita’ huma elementi importanti f’kull tpinġija li tiġi preżentata.
  • Kull parteċipant jista’ jibgħat u jipparteċipa b’aktar minn tpenġija waħda.
  • Dettalji li jridu jitniżżlu fuq wara tat-tpinġija: Isem, kunjom, data tat-twelid u isem tan-nursery
  • Sottomissjonijiet: It-tpinġijiet għandhom ikunu sottomessi sas-sitta ta’ filgħaxija (6pm) ta’ nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru 2019 fl-uffiċċju tal-YFA (Attn. Stephanie Rocco).  Tistgħu tilħqu tibgħatu kopja skenjata b’email fuq stephanierocco@theyouthfa.org.mt, pero l-oriġinali jridu jkunu sottomessi xorta sad-data tal-għeluq. Sottomissjonijiet li jidħlu wara d-data u l-ħin tal-għeluq ma jiġux ikkunsidrati.  F’każ ta’ diffikulta tistgħu tikkuntattjawni fuq 79734558.  

Ninfurmawkom ukoll li fil-ġranet li ġejjin ser tirċievu invit uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President għal-laqgħa mal-E.T il-President George Vella li se ssir nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru 2019. Inħeġġukom biex tattendu għal din l-ewwel laqgħa mal-President il-ġdid. Matulha ser niddiskutu l-attività.  

Ejjew naħdmu id f’id biex b’solidarjeta’ intellgħu somma sabiħa b’risq din il-kawża ġusta. 

Grazzi mill-qalb tas-sapport!!   

No Comments

Post A Comment