APS Bank Leagues U15 & U17 Season 2015-2016

14 Jul APS Bank Leagues U15 & U17 Season 2015-2016

Sur Segretarju,

Nixtieq ninfurmak li nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju 2015,  il-Kunsill tal-Youth FA qed jistieden lin-nursery tiegħek,  sabiex tkun preżenti għat-tlugħ tal-poloz tal-Kampjonati APS Bank U15 & U17, Staġun 2015/2016 ġewwa s-Centenary Hall, ta’ Qali fis-7.30pm.

Ser tingħata spjegazzjoni tal-format, biex eżattament wara jkun hemm il-poloz tal-fażi preliminari u tal-gruppi.

Fit-tmiem il-laqgħa ġentilment nistednukom sabiex tingħaqdu magħna għal- drink fl-okkażjoni ta’ l-istaġun il-ġdid.

 

Inselli għalik,

 

 

Joe Micallef

Segretarju Ġenerali

No Comments

Post A Comment