Pre-Selection Football Trials for Entry to NSS

14 Dec Pre-Selection Football Trials for Entry to NSS

Sur Segretarju,

 

Nitolbok tinnota din l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni u termini ta’ l-għazla ta’ studenti għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.  Din l-informazzjoni hija mportanti li tingħata lill dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom twieldu fis-sena 2005.

 

Grazzi bil-quddiem

 

Joe Micallef

Segretarju Ġenerali

 

_______________________________________________________________________

 

L-informazzjoni tgħid hekk…

 

Dawk il-ġenituri ta’ studenti/plejers imwielda fl-2005 u li jixtiequ japplikaw għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, huma nfurmati li din is-sena skolastika ser jerġa’ isir assessjar preliminari (qabel il-mili tal-applikazzjoni uffiċjali).

 

Dan l-assessjar, organizzat  miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, ser isir fit-18, 19, 25 u s-26 ta’ Frar wara li timtela l-applikazzjoni separata maħruġa miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Kull applikant validu jkun mistieden għal żewġ sessionijiet ta’ provi fid-dati msemmija hawn fuq.

 

Matul iż-żewġ sessjonijiet ta’ provi ta’ 60 minuta ’l waħda mmexxija minn kowċis taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, il-parteċipanti jkunu assessjati fuq erba’ oqsma ewlenin: it-teknika, l-għarfien tal-logħba, il-personalità u l-veloċità. Kull parteċipant se jingħata l-marki għal kull qasam u wara kull sessjoni tingħata marka ġenerali. L-istess proċedura tkun ripetuta fit-tieni sessjoni ta’ provi.

 

L-ewwel 40 student/a (36 plejers + 4 gowlkipers), magħżula skont il-marki taż-żewġ sessjonijiet, jkunu jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Dawk l-40 student imbagħad jieħdu sehem f’sessjoni finali, fejn jerġa jkollhom assessjar ieħor u jingħataw l-marki mill-ġdid. B’dawn l-aħħar marki miżjuda mal-marki miksuba waqt is-sessjonijiet tal-assessjar preliminari, il-Bord tal-Għażla jkollu l-klassifika ta’ studenti li minnha jintgħażlu l-istudenti fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

 

Huwa meħtieġ għall-applikanti prospettivi li jkunu pparteċipaw għal dan l-assessjar preliminari ta’ qabel il-mili tal-applikazzjoni uffiċjali, organizzat miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.  Ir-riżultati huma finali u ma jistgħux ikunu kkontestati. 

 

Mehmuża ma’ din l-imejl għandkom issibu din l-applikazzjoni maħruġa miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Jekk jogħġobkom resqu għall-attenzjoni tal-ġenituri interessati. L-appikazzjonijiet jiftħu s-Sibt 2 ta’ Jannar, 2016 u jintlaqgħu fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, Ta’ Qali. Id-data tal-għeluq tkun il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar, 2016 f’nofsinhar. Mehmuża wkoll hemm il-formula ta’ Kunsens għal Eżami Mediku u Kura f’każi t’emerġenza. 

 

Grazzi mill-qalb tal-koperazzjoni tiegħek.

 

Tislijiet

 

George Micallef

Head of School

National Sport School

Pembroke

Telephone: 21 370 334

Website: http://nss.skola.edu.mt

 

Loader Loading...
EAD Logo Taking too long?
Reload Reload document
| Open Open in new tab
Loader Loading...
EAD Logo Taking too long?
Reload Reload document
| Open Open in new tab
No Comments

Post A Comment